​Ronaldo jagħti donazzjoni

L-istilla Portugiża ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo għamel donazzjoni tat-trofew tal-ballun tad-deheb illi kien rebaħ lura għas-sena 2013.
Ronaldo ta dan it-trofew lill-Fondazzjoni Make-A-Wish sabiex eventwalment jiġi rkantat, bil-flus immorru kollha għal din l-għaqda tal-karità.
Dan it-trofew ġie rkantat għas-somma ta’ 600,000 lira sterlina u l-qligħ minnu se jmur għal tfal fil-bżonn.
F’kumment illi ta wara l-irkant, Ronaldo kien ferm kburi illi għamel dan il-ġest u jittama li ħafna plejers oħra jagħmlu bħalu u jagħtu xi ħaġa milli jaqilgħu lil min hu fil-bżonn.