Ronaldo jagħmel aktar flus minn Instagram milli mill-futbol

Cristiano Ronaldo jagħmel aktar flus mill-posts li jtella’ fuq Instagram milli mill-paga li jieħu mall-klabb Taljan ta’ Serie A, Juventus.

Skont Business Insider, il-Portugiż idaħħal mal-€40 miljun fis-sena mill-midja soċjali. Ma’ Juventus għandu paga ta’ bejn wieħed u ieħor €27 miljun. Ronaldo huwa l-aktar persuna li tagħmel flus minn Instagram, u rnexxielu jgħaddi lir-rivali tiegħu Linoel Messi.

Fil-fatt Messi li għandu 34 sena jagħmel daqs €11-miljun inqas minn Ronaldo. Lanqas l-uċuħ l-aktar popolari fid-dinja bħal Kylie Jenner u Selena Gomez ma jaslux viċin tiegħu.

Ronaldo mhux biss ġgant tal-midja soċjali, iżda jixraqlu jkun aprezzat fil-grawnd ukoll. Hu rnexxielu jiskurja s-700 gowl tiegħu waqt il-logħba bejn il-Portugal u l-Ukranja.