Ronaldo jaċċerta li ommu tinsab f’qagħda stabbli

Cristiano Ronaldo assigura lis-segwaċi tiegħu li ommu tinsab f’qagħda stabbli u li qed tirkupra l-isptar wara li kellha stroke.

L-attakkant ta’ Juventus jidher li siefer lejn Madeira biex ikun ma’ ommu Dolores, wara li kellha tittieħed b’emerġenza fl-isptar ta’ Madeira nhar it-Tlieta filgħodu. Omm Ronaldo li għandha 65 sena għamlet operazzjoni fejn tneħħitilha blood cloth minn waħda mill-arterji. Madankollu għadha taħt kura intensiva.

Fuq Twitter, Ronaldo rringrazzja lis-segwaċi tiegħu għas-sapport li wrew lejn ommu. Hu assiggurhom li tinsab f’qagħda stabbli u li qed tirkupra l-isptar stess. Ronaldo u familtu rringrazzjat lit-tim mediku talli qed jieħdu ħsiebha bl-aħjar mod possibbli.