Ronaldo isib ix-xibka wara r-ritorn għal-logħob

Christiano Ronaldo rritorna minn injury b’gowl. B’hekk iċ-champions ta’ Serie A żammew mal-pass li qabdu fil-bidu tal-istaġun u kisbu rebħa oħra kontra SPAL.

Juventus marru fuq quddiem permezz ta’ Miralem Pjanic li sab il-lasta qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima.

Il-gowler ta’ SPAL għamel xogħlu tajjeb ferm meta rnexxielu jżomm il-ballun barra x-xibka minn headers ta’ Aaron Ramsey u Sami Khedira.

Sa dan it-tant il-gowler leġġendarju Gianluigi Buffon li għandu 41 sena lagħam id-903 logħba tiegħu. Dan hu rekord ġdid għall-plejers Taljani. Hu għadda lill-eks plejer ta’ AC Milan Paolo Maldini.

Riżultati oħra:

Sampdoria 1-3 Inter

Sassuolo  1-4 Atalanta