Ronaldo gowl bogħod milli jgħaqqad is-700

Cristiano Ronaldo qiegħed gowl biss bogħod milli jilħaq is-700 gowl tal-karriera tiegħu. Fl-istess ħin it-tim nazzjonali Portugiż resaq pass ieħor qrib biex jikkwalifika għall-Euro 2020 wara li rebaħ 3-0 kontra l-Lussemburgu.

Bernardo Silva ta’ Manchester City fetaħ l-iskor u warajh kompla Ronaldo li qabbeż il-ballun minn fuq Anthony Moris. Goncalo Guedes ta’ Valencia għalaq il-logħba meta skurja t-tielet gowl ftit qabel it-tisfira finali.

Ronaldo għandu ċ-ċans isir is-sitt persuna li rnexxielu jiskurja 700 gowl fil-logħba li jmiss ġewwa l-Ukrajna.