Ronaldo fi gwerra ma’ Sarri: ma ntgħażilx għal kontra Atalanta

Cristiano Ronaldo m’għamiliex mal-lista ta’ plejers magħżula għal-logħba kontra Atalanta. Skont midja internazzjonali Ronaldo għadu mweġġa’ u mhux lest biex jilgħab, anka jekk il-ġimgħa l-oħra skurja d-99 gowl tiegħu mat-tim nazzjonali.

L-eks stilla ta’ Manchester United li għandu 34 sena qiegħed fi gwerra ma’ Maurizio Sarri mindu ħarġu mil-logħba kontra AC milan aktar kmieni din is-sena. Għalkemm lagħab darbtejn għat-tim Portugiż waqt il-brejk internazzjonali, Sarri saħaq li Ronaldo għadu mweġġa’ u ma jistax jilgħab kontra Atalanta.

Sarri ġie mistoqsi dwar ir-rapporti kontinwi li qed joħorġu dwar Ronaldo. Waqt il-mistoqsijiet issemmiet il-possibiltà li Ronaldo jħalli lil Juventus u jerġa’ jingħaqad ma’ Manchester United. Iżda Sarri qal li Ronaldo għandu bżonn il-ħin biex jirkupra.

Stqarr li nhar it-Tlieta Ronaldo qallu li mhux iħossu sew.

Skont Sarri, għandu f’moħħu li jilgħab lil Ronaldo kontra Atletico Madrid nhar it-Tlieta.