Ronaldo bl-ewwel hat-trick fis-Serie A

Cristiano Ronaldo skurja l-ewwel hat-trick tiegħu fis-Serie A. Juventus spiċċaw biex rebħu l-logħba kontra Cagliari.

Ronaldo ħa vantaġġ mill-iżball ta’ Ragnar Klavan kmieni fit-tieni taqsima biex poġġa lil Juve fuq qudddiem. Hu skurja t-tieni wieħed minn penalty wara li Marko Rog għamel fawl fuq Paulo Dybala.

Il-leġġenda Portugiża qassam ballun perfett lil Gonzalo Higuain, biex dan tal-aħħar għamel l-iskor 3-0. Mumenti wara, Ronaldo kiseb is-56 hat-trick tal-karriera tiegħu meta żellaq il-ballun taħt il-gowler Robin Olsen.

Ronaldo li għandu 34 sena qabad ritmu tajjeb mindu mexa minn ma’ Real għal ma’ Juve. Hu rnexxielu jsib il-lasta f’dawn l-aħħar ħames logħbiet mis-Serie A.

Temporanjament Juve telgħu fil-quċċata tal-klassifika, iżda Inter Milan rebħu ġewwa Napoli bl-iskor ta’ 3-1 aktar tard. B’hekk reġgħu telgħu lura fl-ewwel post grazzi għad-differenza fil-gowls.