Ronaldinho arrestat b’passaport falz fil-Paragwaj

L-eks futboler Brażiljan, Ronaldinho u ħuh kienu arrestati ġewwa l-Paragwaj nhar il-Ġimgħa. Dan minħabba li allegatament użaw passaporti foloz biex daħlu fil-pajjiż.

Il-prosekuturi qalu li ngħataw dokumenti foloz meta waslu fil-kapitali nhar l-Erbgħa.

L-aħwa ġew interrogati u l-pulizija marru jfittxu fil-lukanda fejn kienu se joqgħodu. It-tnejn li huma qalu li mhux ħatja. Jidher li Ronaldinho li għandu 39 sena mar il-Paragwaj biex jippromovi ktieb u kampanja għal tfal inqax ixxurtjati.

Ronaldinho kien il-Plejer Dinji tas-Sena lura fl-2004 u fl-2005. Hu kien fl-aqwa tiegħu fiż-żmien li għamel jilgħab mal-ġganti Spanjoli Barcelona. Hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja ma’ Brażil lura fl-2002 flimkien mal-istilel l-oħra tal-futbol Brażiljan, Ronaldo u Rivaldo.