Romero ta’ United għandu xorti ma qatilx omm u lil uliedha

Sergio Romero għandu xorti ma qatilx mara b’żewġt itfal kaġun tal-inċident li kien involut fih. Il-gowler ta’ Manchester United li għandu 32 sena kisser Lamborghini li tiswa madwar €170,000 qrib il-grawnd tat-taħriġ ta’ United.

Il-pulizija Ingliża fetħet investigazzjoni dwar il-każ.

Skont rapporti minn gazzetti barranin, ma kien hemm l-ebda karozza oħra involuta fl-inċident. Il-karozza ta’ Romero spiċċat imwaħħla taħt il-barikata li kien hemm fil-ġenb tat-triq.

Dave Morton l-eks stilla tal-ispeedway saħaq li bintu flimkien mat-tfal tagħha inzertaw kienu fil-karozza tagħhom dak il-ħin u ntlaqtu mill-karozza ta’ Romero. Morton maqdar il-mod ta’ kif trattaw dan il-każ Manchester United, iżda ftit wara stqarr li l-kabb beda jgħin biex jitranġaw l-affarijiet.

Aktar tard fuq il-midja soċjali Morton spjega kif Sergio skuża ruħu ma’ bintu tal-inċident li kkawża u t-trawma li ħoloq.Skont ir-rapporti, ħadd ma weġġa’ fl-inċident u Romero attenda t-taħriġ aktar tard fil-ġurnata.