Romazava

Riċetta tradizzjonali minn Madagascar 
Ingredjenti: 

  • 225gr ċanga maqtugħ f'dadi 
  • 225gr majjal maqtugħ f'dadi
  • 2 sidriet tat-tiġieġa maqtugħa f'dadi 
  • Mgħarfa żejt
  • 2 basliet imqatta' 
  • 3 sinniet tewm maqtugħ fin
  • 4 tadamiet kbar imqatta' 
  • 500gr spinaċi friska mqatta' rqiqa
  • 5cm ġinġer frisk maħkuk
  • Mgħarfa hot chilli sauce (għal min jiggosta)
  • Bżar u melħ 
  • Ilma

Metodu
1. Saħħan iż-żejt f'taġen kbir u fond, u sajjar iċ-ċanga għal 2 minuti.
2. Żid il-basal u t-tewm, u sajjar għal 2 minuti oħra, filwaqt li tħawwad spiss. 
3. Żid l-ilma sa ma tgħatti l-laħam, itfa' ftit bżar u melħ, u x'ħin jiftaħ jagħli, għatti t-taġen u sajjar għal madwar 20 minuta fuq nar baxx. 
4. Żid il-majjal, l-ilma jekk ikun hemm bżonn u sajjar għal nofs siegħa oħra. 
5. Żid it-tiġieġ, l-ilma jekk ikun hemm bżonn u sajjar għal kwarta oħra.
6. Żid it-tadam, il-ġinġer u l-hot chilli sauce, u kompli sajjar għal 10 minuti oħra.  
7. Żid l-ispinaċi u kompli sajjar għal ftit ħin ieħor sa ma l-weraq tal-ispinaċi jirtabu.
8. Servi r -Romazava sħuna fuq ross mgħolli. 
Din ir-riċetta dehret fil-magazzin Malta Missjunarja.