Roma wrew filmati ta’ tfal mitlufa: s’issa nstabu 6 minnhom

Roma għandhom il-pjan li jiftehmu u jitkellmu ma’ klabbs oħra fl-Ewropa biex ikomplu jkabbru kuxjenza dwar tfal mitlufa. Dan wara li Roma bdew din il-kampanja fuq il-midja soċjali.

Il-klabb Taljan wera filmati ta’ tfal li huma mitlufa waqt iż-żmien ta’ trasferiment. Sitta mit-tfal li dehru fuq dan il-filmat instabu.

Roma qed jisperaw li jkollhom aktar sapport minn klabbs oħra għal tal-inqas il-Jum Dinji ta’ Tfal Mitlufa li se jaħbar nhar il-25 ta’ Mejju. Chris Smalling qal li din il-kampanja jaf taqbad sew ma’ klabbs oħra. Qal li kien sorpriż bl-impatt li din ħalliet fuq in-nies.

Il-klabb ta’ Serie A ingħaqdet ma’ 12-il organizazzjoni ta’ karità minn madwar id-dinja biex turi filmati magħmula apposta skont liema plejers iffirmaw mal-klabb. Tlieta mit-tfal li nstabu kienu minn Londra, tnejn mill-Kenja u ieħor mill-Belġju. Wieħed mit-tfal li nstab il-Kenja kien deher fil-filmat waqt li Smalling kien qed jiffirma l-kuntratt.