Roma u City wara Vitinho

Roma qed jinsistu sabiex jakkwistaw lit-talent żagħżugħ mill-Brażil bl-isem ta’ Victor Gabriel Moura de Oliveira magħruf aħjar bħala Vitinho. 
Il-plejer illi huwa midfielder offensiv qed jiġi segwit mill-iskawts ta’ Roma waqt il-logħob tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena illi qed isiru fl-Indja.
Vitinho li għad irid jagħlaq it-18-il sena jilgħab mal-Corinthians u qed jimpressjona mhux ftit fil-kampjonat Brażiljan.
Anke ManchesterCity qed isegwu l-passi ta’ Vitinho sabiex jippruvaw jakkwistawh bi klawsola ta’ 25 miljun ewro.