Roma jilħqu ftehim ma’ Seville għal N’Zonzi

Bosta klabbs Ewropej kienu interessati fil-midfielder ta’ 29 sena, fosthom Arsenal u Barcelona. Madanakollu kienu Roma li rnexxilhom jakkwistaw lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja għal madwar €35m.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa midfielders f’La Liga, Steven N’Zonzi ngħaqad ma’ Seville fl-2015 mingħand Stoke City u l-kuntratt tiegħu kellu jintemm sentejn oħra. N’Zonzi ffirma kuntratt ta’ 4 snin ma’ Roma u mistenni jaqla’ €3.5m fis-sena. Roma, li spiċċaw fit-tielet post fi tmiem l-istaġun li għadda, ser jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom tal-kampjonat 2018-19 nhar il-Ħadd kontra Torino.