Rokits sparati minn Gaża lejn Iżrael

Kelliem għall-armata Iżraeljana sostna li matul il-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn ġew sparati minn Gaża ġew sparati 10 rokits lejn Iżrael.
Tmienja minn dawn ir-rokits ġew sparati mill-konfini filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew sparati mit-territorju Palestinjan.
L-istess kelliem sostna li ġew sparati lejn Iżrael madwar 130 tir ieħor li minnhom 100 intilfu fl-ajru u 22 oħra ġew interċettati mill-Iron Dome, is-sistema Iżraeljana li tinterċetta r-rokits jew tiri tal-artillerija.
Matul l-istess lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, l-ajruplani militari Iżraeljani laqtu 20 sit f’Gaża li skont is-servizzi sigrieti kienu qed joqgħodu t-terroristi.