Roħs sostanzjali fil-prezz tal-gass

Miljuni ta’ persuni madwar id-dinja se jgawdu minn kontijiet tad-dawl orħos fl-2020 hekk kif il-prezz tas-suq tal-gass naqas prattikament bin-nofs fl-aħħar xhur u issa niżel fl-aktar livell baxx fl-aħħar għaxar snin.

Dan hekk kif fil-preżent id-domanda tal-gass hija ferm iżgħar mill-provvista. B’mod partikolari, il-prezz niżel bil-qawwi fl-Ewropa hekk kif il-produzzjoni mill-Istati Uniti, Russja u l-Qatar kienet eċċessiva għal bżonnijiet tal-kontinent. Skont studju ta’ uffiċċju tal-konsumatur fir-Renju Unit, f’dan il-pajjiż biss se jgawdu mill-15-il miljun familja.

Dan jgħodd ukoll għal bosta pajjiżi Ewropej li jużaw il-gass biex iħaddmu l-impjanti tal-enerġija tagħhom. Naturalment il-benefiċċju se jitgawda biss minn pajjiżi li jixtru dak li jikkunsmaw u mhux li għandhom xi forma ta’ ftehim li jorbtilhom idejhom għal numru ta’ snin bl-istess prezz.

S&P Global qed tbassar tnaqqis addizzjonali ta’ 30% is-sena d-dieġla hekk kif ir-Russja qed tirrifjuta li tnaqqas il-produzzjoni biex tipproteġi s-sehem fis-suq, minkejja prezzijiet mill-aktar baxxi. Il-provvista ta’ gass LNG aktar milli rduppjat minn 5 miljun tunnellata għal 12-il miljun fl-2019.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net 

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment