​Roħs mill-Air Malta fuq 19-il rotta

L-Air Malta qed toffri titjiriet bi prezzijiet ridotti fuq 19-il rotta.
Fi stqarrija, il-kumpanija tal-linja nazzjonali qalet li dan qed isir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tagħha ta’ Trip Advisor Travelers’ Choice tal-2018, għal-linji tal-ajru fil-kategorija tal-Linji Reġjonali Ewropej.
Il-prezzijiet Go-Light jibdew minn €28 one-way, bit-taxxi u t-tariffi inklużi.
L-iskont se jiqa’ għaddej sal-Ħamis fid-9am.
Ir-roħs hu validu għall-vjaġġi f’April u huwa disponibbli mis-sit tal-AirMalta www.airmalta.com, mill-call centre u mill-uffiċċji ta’ bejgħ tal-linji tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-promozzjoni hija disponibbli fuq titjiriet għal/minn Brussell, Ruma, Milan, Munich, Vjenna, Zurich, Charles De Gaulle Pariġi, Frankfurt, Tuneż, Marsilja, Gatwick Londra u Heathrow Londra, San Pietruburgu, Malaga, Praga, Moska, Palermo, Katanja u Komiso.