Roħs kbir fil-biljetti tal-ajru għall-Ingilterra mill-Air Malta

Malta International Airport plc

Sponsored Content

L-Air Malta għadha kemm nediet offerta li permezz tagħha, Jannar se jkun xhar ta’ prezzijiet imraħħsa sa 40% fuq ir-rotot kollha lejn ir-Renju Unit. L-offerta tagħlaq nhar it-Tlieta, 28 ta’ Jannar 2020 u hija valida għal vjaġġar bejn l-20 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2020.

Ir-roħs huwa disponibbli għal vjaġġar minn Malta lejn London Heathrow, London Gatwick u Manchester u huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Air Malta, mingħand aġenti tal-ivvjaġġar u mill-mezzi ta’ distribuzzjoni l-oħrajn kollha.

Il-postijiet huma limitati u r-roħs mhux applikabbli f’ċerti dati tal-ivvjaġġar.