Roħs għall-Għawdxin biex imorru jaraw X Factor

Tħabbret skema ta’ sussidju għat-tfal u żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jmorru jaraw l-X-Factor. Il-Ministru għal Għawdex Justyne ħabbret dan waqt it-tnedija ta’ skema ta’ għajnuna għat-tfal u żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jidħlu fid-dinja tal-ispettaklu.

Fost oħrajn din l-iskema se toffri sussidju ta’ 75% tal-prezz oriġinali tal-biljett lill-applikanti eliġibbli biex imorru jaraw l-X-Factor f’Malta waqt li l-ispiża tat-trasport se tkun iffinanzjata kompletament mill-Ministeru għal Għawdex jekk ikun użat trasport kollettiv.

Biex tapplika għal dan is-sussidju tista’ tagħfas hawnhekk.