Roħs għal titjiriet lejn l-Afrika u l-Awstralja

Emirates qed toffri nollijiet speċjali għall-Klassi Ekonomija lejn għażla ta’ destinazzjonijiet fil-Lvant Imbiegħed, l-Afrika, l-Awstralja u l-pajjiżi tal-Ażja t'Isfel.
B’konnessjonijiet minn Dubaj, il-vjaġġaturi għandhom 38 destinazzjoni minn fejn jagħżlu fosthom: Sydney, Brisbane, Cape Town, Durban, Kuala Lumpur, Hong Kong, Phuket, Hanoj, Phnom Penh (Kambodja),  Kolombo, Manila, Clark, Cebu, Rangoon (Yangon), Ġakarta, Lahore, Islamabad, Pexawar, Karaċi, Multan, Dhaka, u oħrajn.
Il-prezz speċjali, inkluż it-taxxi, abbinat mal-offerta jibda minn €637 kull persuna għal Dar Es Salam (it-Tanżanija), €651 għal Addis Ababa (l-Etijopja), €714 għal Bangkok, €728 għal Singapor, €764 għal Johannesburg, €770 lejn il-belt Ho Chi Minh (Vjetnam), €857 għal Malé (Maldivi), €885 għal Sailkot (Pakistan), €1089 għal  Melbourne, €1097 għal Auckland kif ukoll għal Christchurch (New Zealand).
Il-biljetti jistgħu jinxtraw onlajn bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru u l-offerta hi valida għal tluq bejn l-4 ta' Settembru u t-3 ta’ Novembru 2017. Hemm l-eċċezzjoni ta' Malé u Kolombo bl-offerta tkun valida bejn it-22 ta’ Settembru u t-30 ta' Novembru 2017; u għall-Awstralja u New Zealand mill-15 ta’ Settembru sas-7 ta' Diċembru 2017 u mid-19 ta’ Jannar sal-15 ta' Marzu 2018. Id-dati ta’ tluq li jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt ikollhom suppliment ta’ €20 fuq il-prezz. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.