Roħs fin-nollijiet tal-Gozo Channel għal xahar u nofs

Il-Maltin li se jaqsmu l-fliegu s-Sibt, mis-7 ta’ Novembru sad-19 ta’ Diċembru se jħallsu inqas.
Il-prezz tal-passiġġieri se jkun €1.20 minflok €4.65 filwaqt li tal-vettura se jkun €8.20 minflok €15.70.
Dawn il-prezzijiet se jidħlu fis-seħħ mill-ewwel vjaġġ tas-Sibt (1.30am) sal-vjaġġ tal-Ħadd (1.30am).  Il-prezzijiet ma japplikawx għall-vetturi kummerċjali.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li din l-iskema Għawdex jaqbillek dejjem, se tkompli tiffoka biex it-turiżmu lejn Għawdex ikun attirat matul is-sena kollha.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li l-Gozo Channel qed tkun aktar ta’ servizz. Tenna kif għall-ewwel darba din is-sena ġiet estiża l-iskeda ts-sajf, kif ukoll żdiedu l-vjaġġi tax-xitwa.
Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll Michael Grech mill-Kamra tal-Kummerċ f’Għawdex u Paul Scicluna f’isem l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex.
 

KategorijaPrezzijiet StandardPrezzijiet Imraħħsa
Standard Passenger FareEuro 4.65Euro 1.20
Karta Anzjan Passenger FareFreeFree
Child Fare (3-12 years)Euro 1.15Euro 1.15
Car + Driver Standard FareEuro 15.70Euro 8.20
Karta Anzjan Car + Driver FareEuro 11.05Euro 7.00
Standard Motorcycle & Rider FareEuro 8.15Euro 4.70
Karta Anzjan Motorcycle & Rider FareEuro 3.45Euro 3.45
Bicycle Fare + DriverEuro 5.80Euro 2.35
Passengers Special NeedsFreeFree
Car + Driver Special NeedsEuro 11.05Euro 7.00