Roħs fil-prezz tal-gas minn għada l-1 t’April

Minn għada t-Tnejn l-1 t’ April se jidħol fis-seħħ roħs fil-prezz tal-gas. Ċilindru ta’ 12 -il kilogram se jorħos b' €0.25 u se jiġi jiswa €17.90, filwaqt li ċilindru ta’ 15 -il kilogram se jorħos bi €0.30 u se jiġi jiswa €22.40.

Fi stqarrija ntqal li għat-tielet xahar konsekuttiv, Liquigas Malta ħabbret roħs fil-prezzijiet tal-LPG li jinbiegħ f’ċilindri tal-gas.

Intqal ukoll li distributuri taċ-ċilindri ta’ Liquigas m’humiex awtorizzati jitolbu prezzijiet ogħla minn dawn imsemmija.