Roħs fil-petrol u d-diesel għat-tliet xhur li ġejjin

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi ħabbar li mill-1 ta’ Ottubru, il-prezz tal-petrol se jorħos b’sitt ewro ċenteżmi filwaqt li d-diesel se jorħos b’żewġ ewro ċenteżmi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Konrad Mizzi saħaq li wara li ntlaħaq ftehim mal-banek internazzjonali Barclays u Deutsche, se jkun qed isir proġett pilota ta’ tliet xhur u b’hekk il-petrol se jinbiegħ għal €1.43 kull litru, filwaqt li d-diesel se jinbiegħ għal €1.36 kull litru.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, intqal li l-prezz tal-petrol se jkun l-irħas f’dawn l-aħħar dsatax -il xahar, filwaqt li l-prezz tad-diesel se jkun l-irħas f’din l-aħħar sena. Il-Ministru Mizzi qal li dan mhux biss ser jissarraf fi prezz orħos għall-familji u n-negozji iżda fi stabbilità fil-prezzijiet u stabbilità għall-ekonomija.

Ritratt tal-konferenza tal-aħbarijiet: DOI – Jeremy Wannacott