Roħs fil-liċenzja tas-sewqan fir-Renju Unit

Mill-aħħar ta’ Ottubru, fir-Renju Unit se jorħsu l-miżati tal-liċenzji tas-sewqan. Il-Gvern Ingliż ħabbar dan wara li għamel konsultazzjoni pubblika.
It-tariffa għas-sewwieqa li japplikaw għal-liċenzja temporanja fuq l-internet se tonqos minn €63 għal €43. It-tiġdid tal-liċenzja, li ssir kull għaxar snin se jsiru €18 minn €25.
Dan ifisser tnaqqis ta’ 32% mill-miżati ta’ qabel.
Il-Gvern Ingliż qal li dan qed isir biex jagħti lura minn dak li faddal,lill-poplu li jħallas it-taxxa.