Rodren Vella jibqa’ l-ewwel fit-tlielaq tal-karozzi fl-Ingilterra

Rodren Vella, jinsab fl-ewwel pożizzjoni fil-Kampjonat Royal Purple Hot Hatch f’Wales, fir-Renju Unit wara li spiċċa l-ewwel fil-klassi tiegħu u fit-tielet pożizzjoni fit-tellieqa fiċ-ċirkwit ta’ Pembrey.

Vella jtellaq b’Honda Civic fil-klassi B ta’ 200bhp kull tunnellata u jinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Michael Winkworth li jtellaq fil-klassi C ta’ 145bhp kull tunnellata b’Citroen Saxo VTR. Il-klassi A hija għal kompetizzjonijiet ta’ karozzi ‘l fuq minn 260bhp kull tunnellata.

Fit-tellieq ta’ l-1 ta’ Lulju Vella telaq mill-ewwel pożizzjoni u tella’ ħin ta’ minuta u 11.63 sekondi li huwa biss 0.46 sekondi inqas mill-pole position tat-tellieqa.