Rodney Gatt jirbaħ it-Tazza l-Kbira 2019 għat-tieni darba

Iż-żiemel Up and Go rebaħ it-Tazza l-Kbira 2019 tal-BOV. Misjuq minn Rodney Gatt, iż-żiemel rebaħ waħda mill-aktar tiġrijiet prestiġjużi fil-kalendarju tal-klabbs tat-tlielaq taż-żwiemel Maltin. Charles Azzopardi u Edwin Borg, rappreżentanti tal-BOV ippreżentaw trofew lis-sid taż-żiemel rebbieħ. B’hekk Gatt issa huwa wieħed mill-ftit sewwieqa li rebaħ dan it-trofew għat-tieni darba.