Rodgers ma jaħsibx li Liverpool se jingħataw it-titlu tal-2014

Brendan Rodgers jemmen li hemm ftit li xejn ċans li t-tim li kien imexxi fi żmienu ma’ Liverpool se jkunu inkurunati bħala r-rebbieħa tal-Premier League tal-2014. Anka jekk it-titlu jittieħed lil Manchester City.

City qed jappellaw quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport kontra s-sospensjoni ta’ sentejn li weħlu. Din ġiet impostha mill-Uefa wara li sabithom ħatja ta’ ksur tar-regola tal-Fair Play. Ma dan City jistgħu wkoll jitilfu t-titlu tal-Premier League li rebħu fl-2014.

Steven Gerrard li kien il-captain taħt it-tmexxija ta’ Rodgers qal li hu interessat biex jara hux se tittieħed azzjoni kontra City. Dak l-istaġun Liverpool kienu spiċċaw żewġ punti biss bogħid minn City.