Rodgers jiftaħ il-bieb għal Arsenal

Brendan Rodgers fetaħ il-bieb għal Arsenal wara li ammetta li hemm klawżola fil-kuntratt tiegħu li ttih permess jitlaq jekk ikollu offerta kbira minn xi tim kbir.

Rodgers huwa fost il-coaches li tefgħu għajnejhom fuqhom il-Gunners. Dawn qed ifittxu li jdaħħlu wiċċ ġdid wara li keċċew lil Unai Emery l-ġimgħa li għaddiet.

Il-maniġer ta’ Leicester ikkonferma li fil-kuntratt li kien iffirma mat-tim, hemm miktub li jista’ jħalli lit-tim jekk tiġih opportunità aqwa.

Leicester assiguraw rebħa wara rebħa drammatika b’gowl tard fil-logħba. Huma rebħu kontra Everton u b’hekk irnexxielhom jibqgħu fit-tieni post fil-Premier League. Jidher li Leicester huma kuntenti bih fit-tmexxija u mistennija jagħmlu minn kollox biex iżommuh magħhom wara li l-istaġun li għadda rnexxielhom jakkwistawh mingħand Celtic.