​Rodgers jiċħad li se jitlaq lil Celtic

Meta kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet wara l-partita li Celtic tilfu kontra Hibernianbl-iskor ta’ 2-1, il-kowċ Brendan Rodgers ċaħad bil-qawwa kollha li hu jista’ jkun il-maniġer il-ġdid ta’ Arsenal wara r-riżenja fl-aħħar tal-istaġun ta’ Arsene Wenger.
Rodgers sostna illi qatt ma kellu taħditiet mal-ebda diriġent tal-Gunners filwaqt illi serraħ moħħ il-partitarji ta’ Celtic li hu jinsab għal qalbu mal-klabb u assigurahom illi beħsiebu jonora t-tliet snin kuntratt illi fadallu.
Hu temm jgħid illi jinsab igawdi kull minuta ma’ dan il-klabb prestiġġjuż li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Skoċċiż.