Rod Stewart jissorprendi koppja Ingliża waqt tieġ f’Las Vegas

Ritratt: Wire Image

Koppja li l-ħolma tagħhom ta’ tieġ f’Los Angeles kważi kienet taret mar-riħ meta falliet  il-kumpanija tal-ivvjaġġar Thomas Cook ħadu sorpriża kbira meta tfaċċa għal għarrieda Rod Stewart li kantalhom fuq l-altar.

Andrew Aitchison u l-għarusa tiegħu Sharon Cook ħasbu li l-pjani li għamlu għat-tieġ tagħhom kienu fallew imma l-linja tal-ajru Delta Airlnes u l-lukanda Caesars Palace daħlu għalihom u salvawlhom is-sitwazzjoni. Dawn irranġawlhom kollox u l-koppja malajr sabet ruħha fl-Istati Uniti flimkien mal-mistednin kollha tagħhom.

Il-koppja kienu għdhom kif qalu s-Signor Si meta tfaċċa quddiemhom Rod Stewart b’mikrofonu f’idu. Qalilhom “Nixtiqilkom l-aqwa xorti fid-dinja” qabel ma beda kantalhom Have I Told You Lately that I Love You.

L-għarajjes kienu ilhom sena jippjanaw it-tieġ ta’ bejniethom fis-Caesars Palace. Meta semgħu li Thomas Cook falla kkuntattjaw diret lil-lukanda li ngħaqdet mil-linja tal-ajru biex ħadu lilhom, lill-ħbiebhom u lill-familja fl-Istati Uniti.

Rod Stewart qalilhom li ma setax jimmaġina kemm kienu diżappuntati li ma setgħux isiefru ma’ Thomas Cook biex jiżżewġu.

“Naħseb li kienet orribbli,” qalilhom. “Imma issa qegħdin hawn ma’ ħbiebkom.”

Sharon wara t-tieġ qalet li ma setgħetx temmen dak li kien ġara u kienu għadhom xxukkjati.

“Ittrattana qisna konnha nies famużi,” ikkummentat.