Il-kantant Rod Stewart ġie dikjarat li kien ħieles għal kollox minn xi kanċer tal-prostata. Hu ħabbar dan waqt attività għall-karità nhar is-Sibt li għadda.
Rod Stewart qal li ħadd ma kien jaf li kellu xi ħaġa imma kien wasal iż-żmien li jgħid lil kulħadd dwar dan. Hu qal li “Issa m’għandi xejn, sempliċiment għax ħadt ħsieb mill-ewwel. Għamilt ħafna testijiet.”
Ir-raġel ta’ 74 sena kien jitkellem waqt avveniment imsejjaħ Il-Proġett għall-Prostata waqt turnament tal-golf Ewropew.
Huwa ċċajta ma’ martu Penny Lancaster u qalilha li kellu jikxef kollox. “Imma mhux dwar dak li qed taħseb int,” qalilha. “Sentejn ilu kont mgħarraf mit-tobba li kelli kanċer tal-prostata. Imma trid tkun pożittiv, taħdem u tkun bi tbissima fuq wiċċek … Ħdimt sentejn sħaħ u kont ferħan u l-ħanin Alla ħa ħsiebi.”
Minn fuq il-palk appella lill-irġiel biex imorru jiċċekkjaw saħħithom għax “intom tassew imisskom tmorru għand tabib.”
Hu maħsub li fl-Ingilterra jmutu aktar minn 11,000 raġel bil-kanċer tal-prostata. Dawk milquta jkunu bejn l-età ta’ 50 u 70 sena.