ROCS TRAVEL onorata bil-Lufthansa Travel Agents Award 2014

“Huwa unur kbir għal ROCS li ġejna mogħtija dan ir-rikonoxximent,” qalet Rachel Vella, id-Direttriċi ta’ ROCS Group.
Żiedet li “l-għan ta’ ROCS dejjem kien li nagħtu l-aħjar servizz lill-klijenti tagħna u naħseb dan il-premju juri li s’issa qed jirnexxilna. M’aħniex perfetti imma nagħmlu l-aqwa possibbli biex lill- klijenti nagħtuhom is-servizz li jistħoqqilhom.”
“Ta’ min jgħid li dan għadu biss il-bidu u kif dejjem għamilna, aħna ser inkomplu naraw kif nistgħu intejbu s-servizzi tagħna,” qalet Rachel Vella.
Temmet tgħid li “fl-aħħar mill-aħħar, il-fatt li 30,000 persuna użaw is-servizzi tagħna u ħarġu sodisfatti juri li l-attenzjoni għad-dettall qiegħda tħalli l-frott mixtieq”.
Il-Lufthansa Travel Agents’ Award, huwa rikonoxximent li jingħata lill-kumpaniji li jagħtu servizz tal-aqwa kwalità u li jassiguraw li l-klijent dejjem joħroġ sodisfatt.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt