ROCS GROUP jibda l-2015 bil-kbir

Il-bidu ta’ din is-sena għal ROCS fisser tiġdid sinifikattiv fil-qasam tal-online, bit-tnedija ta’ sit internet ġdid, tnedija ta’ brand globali fil-gżejjer Maltin, kif ukoll l-estensjoni tas-servizzi ta’ ROCS fi tlett lokalitajiet ġodda.
L-għan wara l-iżvilupp tas-sit internet ġdid kien li jiffaċilita l-aċċess tal-klijenti għas-servizzi tar-ROCS, kif ukoll li tiżdied il-kumdità għall-klijent biex ikun jista’ jixtri l-prodott mid-dar tiegħu stess.
Barra minn hekk, fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, ROCS se jkun qiegħed jibda pjan ta’ espansjoni f’lokalitajiet differenti. Fost dawn il-lokalitajiet hemm propjetà fil-Mosta, faċċata tar-Rotunda, kif ukoll propjetà fit-triq prinċipali tal-Fgura. Apparti dawn iż-żewġ lokalitajiet, ROCS se jkun ukoll qiegħed iniedi żewġ uffiċċji ġodda state of the art fil-Furjana – wieħed biex jospita fih il-back office tal-grupp ROCS u ħanut ġdid fi triq Sant’Anna bi brand globali ġdida.
Colin Aquilina, Head of Finance and Business Development fi ħdan ir-ROCS Group, qal li “f’dawn l-aħħar snin l-isem ROCS Group sar sinonimu mal-kwalità u servizz mill-aqwa fil-gżejjer Maltin. Kien għalhekk li fdajna f’idejn wieħed mill-iżjed periti rispettati f’Malta, il-Perit Colin Zammit minn Maniera Group.”
Żied li bil-ħwienet ġodda u t-tnedija tas-sit internet u tal-brand globali ġdid, ROCS Group “qed jgħix mumenti sbieħ fejn kull ġurnata hija opportunità biex inġeddu t-twemmin tagħna – a job worth doing is worth doing well!”
Aquilina ħabbar ukoll titjib sostanzjali fil-fergħa tar-ROCS f’Għawdex. Antiċipa wkoll li se ssir kampanja ġdida ta’ riklamar u reklutaġġ ta’ madwar sebgħin professjonist fit-tim ta’ ROCS.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt