ROCS Group b’70 impjieg ġdid sa Ġunju li ġej

ROCS għażlet lil VacancyCentre.com, membru ta’ CSB group sabiex tgħin u tkun parti minn dan l-iżvilupp tant importanti.
Michael J.Zammit, Kap Eżekuttiv ta’ CSB Group – li jidher fir-ritratt ma' żewġ uffiċjali oħra tas-CBS Group, qal li “kollaborazzjoni bħal din tirrapreżenta pass sinifikanti għall-kumpanija tagħna u tagħmel parti mill-istrateġija tagħna biex l-isem CSB jibqa’ sinonimu fil-qasam tas-servizzi ta’ reklutaġġ f’Malta. Rajna li ROCS hija l-kumpanija ideali għal din il-kollaborazzjoni hekk kif tħaddan u temmen fl-stess valuri, filosofiji, aspettattivi u viżjonijiet strateġiċi.”
Colin Aquilina, Kap tal-Finance and Business Development fi ħdan ROCS Group, qal li “għadha kemm ġiet imnedija kampanja ta’ reklutaġġ online bl-isem #whyrocs li tinvolvi l-qalba tal-kumpanija, l-impjegati tagħna. Aħna nemmnu li parti kbira mis-suċċess tal-kumpanija huwa grazzi għall-impjegati tagħha u huwa propju għalhekk li għażilna lill- VacancyCentre.com, membru ta’ CSB group biex tmexxi u tieħu ħsieb il-proċess ta’ reklutaġġ. Kemm ROCS, kif ukoll CSB Group jaqsmu u jemmnu fit-twemmin li dejjem għandek tipprova tilħaq orizzonti ġodda!”
Is-sebgħin opportunità jinkludu postijiet f’kull qasam, kemm fl-ivjaġġar, fl-assigurazzjoni, kif ukoll fil-bejgħ tal-imnut. Fosthom hemm pożizzjonijiet maniġerjali, postijiet għal aġenti tal-ivjaġġar u office insurance executives minbarra call centre agents, makeup artists, nail technicians, stilisti tax-xagħar, u housekeepers.
Dawk kollha li jintgħażlu se jkunu provduti b’kull taħriġ neċessarju. Dawk kollha interessati, huma mitlubin biex jibagħtu s-CV tagħhom fuq http://www.rocsgrp.com/careers.html    
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt