ROCS b’pakketti li jibdew minn €789 biss

Esperjenza l-aqwa kmamar f’Dubaj, iddiżinjati speċifikament sabiex kull min ikun qed joqgħod fil-lukanda, ikollu btala ta’ lussu kbir u kumdità massima. ‘Atlantis, The Palm’, tinstab fuq ‘Dubai Palm Jumeirah Island’, li ġiet inawgurata bħala ‘World’s Leading Landmark Resort 2015’ mill-‘World Travel Awards’.
L-affarijiet li wieħed jista’ jagħmel fil-lukanda lussuża ‘The Atlantis’ ma jispiċċaw qatt u żgur li wieħed ikollu vaganza mill-aqwa li ma tintesa qatt. Wieħed jista’ jgawdi minn ‘private beach’ li jinstab mal-lukanda stess, kif ukoll veduti mill-isbaħ tal-‘Arabian Gulf’.
Fil-lukanda stess hemm l-‘Aquaventure Park’, li huwa l-ikbar ‘water park’ fl-UAE, fejn bla dubju t-tfal kif ukoll il-kbar jieħdu gost iqattgħu ġranet sħaħ. Xi ħaġa tal-meravilja hija li mal-lukanda stess, wieħed jista’ jgħum mad-dniefel, li hija esperjenza indimentikabbli.
Dan minbarra ħafna ikel tajjeb u attivitajiet oħra li jinkludu żfin.