Rockestra tagħlaq 10 snin!

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Rockestra għandha tkun waħda speċjali, hekk kif dan il-kunċert issa jinsab fl-għaxar sena tiegħu.

Id-Direttur Artistiku Pawlu Borg Bonaci, u d-Direttur Mużikali s-Surmast Sigmund Mifsud, qed iħejju programm varjat bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Din is-sena wkoll, għall-ewwel darba se jieħdu sehem kor ta’ 100 tifel u tifla tal-iskola Stagecoach, li se jakkumpanjaw għadd ta’ artisti stabilliti u oħrajn ġodda.

Din is-sena, Rockestra se ssir fil-15 ta’ Settembru fl-MFCC, Ta’ Qali.  Bħal dejjem, il-fondi jmorru għall-Malta Community Chest Fund Foundation.

Biljetti jinsabu għall-bejgħ hawnhekk.