Rock Cakes

Ingredjenti

200g dqiq self-raising

1 kuċċarina baking powder

1 kuċċarina u nofs mixed spice

100g butter

85g zokkor

100g passolina u sultana mħallta

1 bajda mħabbta

2 mgħaref ħalib

zokkor għal wiċċ

Metodu

Saħħan forn għal 180˚Ċ (360˚F).

Iksi turtiera b’karta strazza.

Ħallat flimkien id-dqiq, il-baking powder u kuċċarina mixed spice. Żid il-butir imqatta’ biċċiet żgħar. Ħallat kollox flimkien sakemm ikollok taħlita qisha frak tal-ħobż.

Żid iz-zokkor u l-frott. Wara żid il-bajda u l-ħalib. Aħdem sakemm ikollok għaġina iebsa.

Aqsam it-taħlita biċċiet f’forom ta’ blalen fuq it-turtiera u ħalli ftit spazju bejn kull wieħed għax jikbru waqt is-sajran.

Ħallat ftit zokkor mal-mixed spice li jkun għad fadal. Roxx fuq il-blalen tal-għaġina.

Sajjar fil-forn sakemm jieħdu kulur dehbi, madwar 20-25 minuta.