Rocco ilu xahar mitluf

Appell minn Graziella Cutajar li għal dan l-aħħar xahar ilu tfittex il-qattus Rocco. Hu ntilef meta kien magħha f’Joanas Garden f’Ħal Tarxien.

Il-qattus għad għandu 9 xhur. Għandu widnejh kbar b’waħda minnhom clipped minħabba li hu msewwi.

Sidu Graziella Cutajar qed tappella għal xi informazzjoni u wkoll biex jekk xi ħadd sabu u ġabru jikkuntattjaha fuq in-numru 79665551. Se jkun hemm kumpens finanzjarju ta’ €300 għal min sab u jirritorna lil dan il-qattus.