Robots minflok waiters?

Fir-ristorant tal-kumpanija Alibaba f’Shanghai, ikollok bżonn tuża l-mowbajl biex issejjaħ ir-robots li se jservuk.

Ir-ristorant Robot.He iservi ħut frisk u fih taħlita ta’ conveyor belts, id robotika, karrijiet mekkanizzati u sistemi kompjuterizzati biex jaqduk.

Kollox jitħaddem b’software li juża QR codes li jibgħat il-klijent u b’hekk ikun jaf fejn se joqgħod bilqiegħda, x’jordna u kif iħallas mill-app Hema.

Imma jidher li s-sistema mhix anti-soċjali għal kollox. Waqt li l-klijenti jduru fis-supermarket jagħżlu l-ikla ta’ ħut frisk, il-persuni umani jkunu preżenti biex jagħmlu dak li ma jistax jagħmel robot sa issa – li jagħmel konverżazzjoni, jara x’għandek bżonn u jsajjar.

Alibaba qed tittama li billi tnaqqas l-ispiża tal-waiters, toffri ristorant b’valur akbar għall-flus u b’esperjenza mhux tas-soltu għal waqt l-ikel.