Robinho akkużat bi stupru

L-eks plejer ta’ Milan u Manchester City Robinho nstab ħati illi flimkien ta’ grupp ta’ rġiel stupra tfajla ta’ 22 sena barra diskoteka f’Milan. 
Il-każ imur lura għas-sena 2013 fiż-żmien meta l-Brażiljan kien jilgħab mar-Rossoneri u flimkien ma’ grupp ta’ rġiel avviċinaw lil din il-mara kontra l-volonta’ tagħha. 
Il-qorti kkundannatu għal disa’ snin ħabs għalkemm il-fatt illi bħalissa Robinho qed jgħix fil-Brażil tista’ tiffrankalu din is-sentenza. 
Fil-fatt skont il-liġi Brażiljana, l-ebda ċittadin partikolari ma jista’ jiġi estradit lejn pajjiż ieħor fuq akkużi kriminali speċjalment jekk ikun jgħix f’art twelidu. Madankollu din is-sentenza ma tgħoddx li kieku Robinho kien jgħix f’pajjiż ieħor. 
Filwaqt illi Robinho ċaħad dawn l-akkużi, uffiċjali ta’  Atletico Mineiro, il-klabb li bħalissa qed jilgħab miegħu, naqsu milli jgħaddu xi kummenti partikolari.