Robin Williams ma ħax droga jew alkoħol qabel miet

L-awtoritajiet f’Kalifornja żvelaw kif l-attur veteran Robin Williams ma kienx taħt l-influwenza tad-droga jew alkoħol meta miet.
L-attur ta’ 63, instab mejjet fid-dar tiegħu f’Kalifornja fil-11 ta’ Awwissu li għadda. Huwa kien qed ibati minn dipressjoni qawwija.
Williams sar magħruf permezz tas-sensiela televiżiva Mork & Mindy sakemm rebaħ l-Oscar bil-film Good Will Hunting. Maż-żmien baqa’ popolari permezz ta’ films oħra fosthom Mrs Doubtfire.