Robin Williams beda jbati wkoll mill-Parkinson

Wara li nhar it-Tlieta nxterdet l-aħbar tal-mewt tal-attur Robin Williams, kuljum qed joħorġu aħbarijiet ġodda dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.
L-aħħar aħbar tkun dik li qalet martu stess Susan lill-mezzi tax-xandir Amerikani.
Skont il-mara, Robin Williams kien ibati wkoll mill-Parkinson. 
Susan, li ilha miżżewġa lil Williams għal dawn l-aħħar tliet snin, qalet li żewġha kien qed jirnexxielu jiġġieled mad-dipressjoni, mal-ansjetà u dan l-aħħar anke mal-ewwel sintomi tal-Parkinson. 
Fi kliem martu, l-attur iżda kien għadu mhux lest li jitkellem pubblikament dwar kemm saħħtu marret lura.