Roberta Metsola tinħatar Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-PE

Il-Membru Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola nħatret bħala l-Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew.
L-MEP rringrazzjat lid-delegazzjoni Nazzjonalista tas-sapport biex assigurat dan l-irwol importanti.
Aktar kmieni din is-sena, l-istess MEP kienet ressqet petizzjoni, bl-appoġġ ta’ eluf ta’ Maltin, kontra t-tpoġġija ta’ tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
Dr Metsola qalet li dan il-kumitat se jkun qed ikollu rwol importanti biex jipproteġi l-interess taċ-ċittadini Ewropej, fosthom anke dawk Maltin.
L-istess MEP tagħmel parti mill-kumitat LIBE li huwa responsabbli mil-libertajiet ċivili u mill-IMCO li jieħu ħsieb is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur.