Roberta Metsola maħtura rapporteur kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni

L-ewro-parlamentari Maltija Roberta Metsola ġiet appuntata bħala rapporteur f’isem il-Partit Popolari Ewropew (PPE) fuq diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u l-ġlieda kontra l-omofobija.

Roberta Metsola qalet li bħala MEP, għandha l-opportunita’ taħdem kontra kull diskriminazzjoni. Hija saħqet li jrid isir sforz biex l-omofobija u l-vjolenza jinqerdu darba għal dejjem.

Metsola żiedet tgħid li hu xokkanti li l-Aġenzija tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali rrapurtat li fl-aħħar snin persuni minn kull erbgħa li huma gays, leżbjani, bisesswali, transesswali jew intersex soffrew minn xi forma ta’ vjolenza.

Għaldaqstant temmet tgħid li jeħtieġ li titwarrab il-politika partiġġjana biex issir ġlieda waħda kontra kull preġudizzji, bullying u diskriminazzjoni.

Intant bħala rapporteur, se tkun qed tiltaqa’ mas-soċjeta’ ċivili f’ Malta u NGOs Ewropej biex tisma’ l-proposti tagħhom għat-triq ‘il quddiem.