Roberta Metsola magħżula mill-PPE biex tkun Viċi President tal-PE

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola llejla ġiet magħżula mill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew biex tkun l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew. Hija ħadet post Mairead McGuinness li nħatret bħala Kummissarju Ewropew.

Hija ġabet 63% tal-vot li fih kien hemm għadd ta’ kontestanti oħra fosthom l-Irlandiż Seán Kelly li pproġett lilu nnifsu bħala s-suċċessur naturali ta’ McGuinness.

Wara li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew, Metsola tkun it-tieni Maltija fil-Bureau tal-Parlament Ewropew hekk kif David Casa huwa Kwestur u jifforma parti mill-istess organu li jiddeċiedi l-baġit tal-Parlament u affarijiet amministrattivi.

Il-Grupp tal-PPE ħabbar dan fuq Twitter:

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għar-riżultat, Metsola qalet li tinsab kburija hekk kif hija mara mill-gżira f’nofs il-Meditterran.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech feraħ lil Metsola hekk kif qal li din hija kisba storika:

Prosit Roberta Metsola għan-nomina tiegħek miIl-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew għall-pożizzjoni influwenti tal-Ewwel…

Posted by Bernard Grech on Wednesday, October 21, 2020