Roberta Metsola b’irwol ġdid fil-kumitat LIBE

Il-Membru Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola ġiet eletta fit-tim li se jkun qed imexxi l-grupp tal-EPP fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, il-LIBE.
Din kienet it-tieni ħatra importanti għall-MEP Nazzjonalista. Dan hekk kif hija kienet diġa’ inħatret bħala l-Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet.
Il-kumitat LIBE jaħdem fuq kwistjonijiet importanti fosthom l-immigrazzjoni, l-ażil u d-drittijiet fundamentali.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Roberta Metsola qalet li qed tħares il-quddiem biex tiddiskuti u taħdem fuq kwistjonijiet li jolqtu l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha, b’mod speċjali Malta.