Robert se jirnexxielu jsalva ż-żwieġ tiegħu?

Illejla waqt Game Over se naraw lil Ġużi għandu lil Sander biex jeħlislu milll-għedewwa tiegħu, u s’issa kollox miexi kif ried hu, issa però jmiss Elaine! Se jirnexxielu jeħles minnha?

Robert se jipprova l-aħħar karta biex jirbaħ lura qalb martu billi offrielha li jmorru safra meta u fejn trid hi. Se jaslu jmorru din is-safra flimkien? Maya se jirnexxielha tara lill-ommha u missierha maqgħudin bħal ma kienu qabel?

Glenn u Rainer se jmorru il-party ma’ Maya u Alicia. Glenn jidher ġuvni bilgħaqal mentri Rainer jidher kemm kemm iktar fuq tiegħu minnu.

Kif se jmorru l-affarijiet? Tgħid Maya se jirnexxielha ssib l-imħabba ta’ ħajjitha?

Jew Alicia se ssibha qabilha?

Game Over għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment fuq kitba ta’ Jonathan Azzopardi. Jixxandar illum l-Erbgħa fid-9pm fuq l-istazzjon One.