Robert Cutajar Whip tal-PN

Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li Robert Cutajar inħatar Whip tal-Grupp Parlamentari.
Mindu l-PN eleġġa ż-żewġ viċikapijiet tiegħu nhar is-Sibt li għaddew, kien hemm spekulazzjonijiet min kien se jieħu post David Agius, li issa hu Viċi-Kap għall-Ħidma fil-Parlament.
Ilbieraħ is-sit tal-aħbarijiet One News irrapporta li Herman Schiavone kien il-magħżul tal-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, iżda ma’ Newsbook.com.mt Schiavone qal li ħadd ma kkuntattjah fuq dan, għalkemm ma ċaħadx.
Cutajar kien sindku tal-Mellieħa.