Robert Arrigo mhux se jirriżenja

Read in English.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li mhux se jirriżenja. Robert Arrigo ġie rrappurtat jgħid li fid-dawl tal-lockdown impost mill-Gvern ma jistax jabbanduna lill-PN.

Dan wara li x-xahar li għadda kien indika li se jirriżenja. Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li huwa kburi bix-xogħol li qed jagħmel Arrigo u qal li huwa ġentlom ta’ veru.

Fi Frar li għadda, Arrigo kien ippubblika l-ittra tiegħu lil Delia fejn kien qallu li hu irritat bin-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu. L-ittra ta’ riżenja ġiet ippubblikata mill-gazzetta In-Nazzjon, jum wara li Arrigo ħabbar fuq Facebook li mhux beħsiebu jkun parti mill-Partit Nazzjonalista.