Robben jemmen li ħa l-aqwa deċiżjoni meta ngħaqad ma’ Bayern

Hekk kif Arjen Robben beda l-għaxar staġun tiegħu mal-klabb, l-attakkant stqarr li d-deċiżjoni li jitlaq lil Real Madrid biex isir plejer ta’ Bayern Munich kienet l-aqwa waħda li qatt ħa fil-karriera tiegħu. F’Mejju li għadda l-plejer ta’ 34 sena ġedded il-kuntratt għal sena oħra ma’ Bayern Munich.

Robben laqat l-għajn meta kien jilgħab ma’ PSV Eindhoven fl-2002 u wara ngħaqad ma’ Chelsea fl-2004 fejn rebaħ bosta trofej fosthom żewġ kampjonati Ingliżi u l-FA Cup. Imbagħad iffirma ma’ Real Madrid fejn rebaħ kampjonat domestiku ieħor matul perjodu li dam sentejn. It-trasferiment għal ma’ Bayern Munich ġablu iżjed suċċess hekk kif kiseb seba’ kampjonati Ġermaniżi, erba’ tazzi Ġermaniżi u l-UEFA Champions League.