Riżultati tajbin għal kantanti Maltin f’festival fis-Slovenja

Grupp ta’ studenti ta’ The Voice Lab – Malta, dan l-aħħar ipparteċipaw fis-sitt edizzjoni tal-Bled Golden Microphone, li jsir fi Bled fis-Slovenja. Dan il-festival huwa wieħed kbir u eluf ta’ nies mil-lokal kif ukoll turisti.

Din is-sena kienet waħda pożittiva għad-diversi kantanti Maltin li ħadu sehem.

Chiara Magrin, l-iżgħar parteċipanta f’din il-kompetizzjoni, kif ukoll Timea Farr, mill-kategorija tal-kbar, kisbu l-ewwel post fil-kategoriji rispettivi tagħhom, filwaqt li Elisa Andrea Muscat, Kylie Micallef u Marita Falzon irnexxielhom jiksbu t-tielet post.

Għat=tieni sena konsekuttiva, id-delegazzjoni  Maltija, rappreżentata minn The Voice Lab – Malta, komposta mill-għalliema, studenti u ġenituri, ġew ippreżentati bil-Best Team Award, għall-ispirtu pożittiv u appoġġ li taw lill-parteċipanti kollha.

Il-ġurija internazzjonali kienet komposta minn 10 ġurati professjonali u tlett kantanti li fis-snin li għaddew kienu rebħu dan il-festival.

Din is-sena, minbarra l-kantanti Maltin, ħadu sehem ukoll kantanti mir-Rumanija, il-Moldova, l-Albanija, is-Slovenja, il-Bulgarija, il-Kosovo u l-Kroazja.